Make your own free website on Tripod.com

PHILIP ELLUL - ID-DRAMM TAL-PASSJONI

Min hu l-awtur: Philip Ellul twieled Haz-Zebbug fl-1985. Hu kiteb ammont sabih ta' poeziji bil-Malti, fosthom numru ta' Hajku, drammi serji u komici, proza, stejjer qosra, kif ukoll xi kitbiet letterarji specjalizzati. Ellul ihobb u jghozz hafna l-Letteratura Maltija. Fil-prezent, huwa qieghed jitharreg fil-Kors tal-Ligi fl-Universita'.
 
 
 
ZURU L-WEBSAJT UFFICJALI TIEGHI:
 
 

 
 
 
"MAGHKOM SA L-AHHAR TAZ-ZMIEN"
(Dramm Tradizzjonali tal-Passjoni f'Erba' Atti)

JIEHDU SEHEM:

Gesu’ ta’ Nazaret

L-Appostli : Pietru (Xmun) – Gwanni – Guda l-Iskarjota - Gakbu – Indri` - Bartilmew – Mattew –Tumas - Gakbu ta’ Alfew – Guda Taddew - Xmun L-Imheggeg – Filippu.

Is-Sanhedrin : Hannas – Caiaphas – Eleazar – Agar – Zerah - Guzeppi ta’ Arimatea – Nikodemu.

Fil-Pretorju : Ponzju Pilatu – Claudia – Longinus – Quintilius - Artus - Petronius.

Ghand Erodi : Erodi Antipas – Rakel – Merari.

Ohrajn : In-Narratur – Marija, Omm Gesu’ – Marija Maddalena -Il-Veronika – Barabba – Xmun ic-Cirenew - Ic-Centurjun – Salome - Irgiel ta’ Ghemmaws – Marta - Marija – L-Aghma – Iz-Zaghzugh Ghani – L-Adultera, Ecc.

 

Dixxipli ta’ Gesu’ – Membri tas-Sinedriju – Nies ta’ Gerusalemm – Zeffiena ghand Erodi – Suldati Rumani – Qaddejja tal-palazz tal-Qassisin il-Kbar – Suldati Lhud – Qaddejja ta’ Erodi – Qaddejja ta’ Pilatu – Manigoldi – Bikkejja - Farizej, ecc.

 

 

L-EWWEL ATT

Xena I

Medda kbira ta’ art. Xi sigar fil-madwar. Jidher Gesu’ bilqieghda, mdawwar mill-Appostli u xi dixxipli ohra tieghu. Ikun hemm ukoll Nikodemu, wiehed mill-membri tas-Sinedriju tal-Lhud.

NARRATUR: Gesu’ ta’ Nazaret hu bniedem li garr mieghu folol kbar ta’ nies u ghallimhom kif ghandhom jghixu skond dak li jrid Alla, missieru. Ahna se nghixu flimkien ma’ Gesu’ mumenti importanti fil-hajja pubblika tieghu, sa meta jasal biex imut fuq is-salib u mbaghad iqum mill-mewt bil-glorja!

- Pawsa qasira -

NARRATUR: Hawnhekk se naraw lil Gesu’ jghallem lid-dixxipli tieghu u jghidilhom kif ghandhom jitolbu.

 

GESU’: Imberkin il-foqra f’qalbhom, ghax ghalihom hi s-Saltna tas-sema. Imberkin l-imnikkta, ghax huma jitfarrgu. Imberkin dawk li huma bil-guh u l-ghatx tal-Gustizzja, ghax huma jkunu mxebbghin. Imberkin dawk li jhennu, ghax huma jkollhom min ihenn ghalihom. Imberkin dawk li ghandhom qalbhom safja, ghax huma jaraw lil Alla. Imberkin dawk li jgibu l-paci, ghax huma jissemmew ulied Alla. Imberkin dawk li huma ippersegwitati minhabba s-Sewwa, ghax taghhom hi s-Saltna tas-sema. Imberkin intom meta jghajrukom, jippersegwitawkom u jghidu kull tip ta’ gideb fuqkom, minhabba fija. Ifirhu u thennew, ghax hlaskom ikun kbir fis-sema!!

TUMAS: Mulej, ghallimna nitolbu!

GESU’: Meta titolbu ghidu hekk: "Missierna li inti fis-smewwiet, jitqaddes ismek, tigi saltnatek, ikun dak li trid int kif fis-sema hekk ukoll fl-art. Hobzna ta’ kull jum aghtina llum, ahfrilna dnubietna bhal ma nahfru lil min hu hati ghalina; la ddahhalniex fit-tigrib, izda ehlisna mid-deni." - Pawsa qasira -Tassew nghidilkom li jekk tahfru lin-nies htijiethom, jahfrilkom ukoll missierkom li hu fis-sema! Itolbu u jinghatalkom; fittxu u ssibu; habbtu u jifthulkom. Ghax kull min jitlob jaqla’, min ifittex isib, u min ihabbat jifthulu.

L-GHANI: Mghallem, x’ghandi naghmel biex nikseb il-hajja ta’ dejjem?

GESU’: Zaghzugh, il-Kmandamenti tafhom: la toqtolx, la tiznix, la tixhidx bil-gideb, la zzommx dak li ghandek taghti, weggah lil missierek u lil ommok?

L-GHANI: Mghallem, dawn kollha haristhom sa minn meta kont ghadni zghir hafna!

GESU’: Tajjeb! Haga wahda jonqsok: mur bigh kull ma ghandek, aghtih lill-foqra u jkollok tezor fis-sema; imbaghad ejja warajja.

- Iz-Zaghzugh l-Ghani ihares, jithasseb xi ftit, imbaghad jitlaq minn fuq il-palk. -

GESU’: Kemm hi haga tqila li dawk li huma ghonja jidhlu fis-Saltna ta’ Alla! Hu ehfef li gemel jghaddi minn ghajn ta’ labra milli jidhol ghani fis-Saltna tas-sema!

MARA: Mghallem, mela min jista’ jsalva?!

GESU’: Ghall-bnedmin dan ma jistax ikun, imma mhux ghal Alla, ghax ghal Alla kollox jista’ jkun!

PIETRU: Mghallem, ara, ahna hallejna kollox u gejna warajk.

GESU’: Nghidilkom is-sewwa, m’hemm hadd li halla kull ma ghandu minhabba fija u l-Evangelju, li ma jehux minn issa, f’dan iz-zmien, mitt darba izjed milli ghandu, flimkien ma’ mohqrijiet, u fiz-zmien li gej il-hajja ta’ dejjem!

NIKODEMU: Mghallem, liema hu l-ewwel fost il-kmandamenti kollha?

GESU’: L-ewwel hu: "Isma’, ja Israel! Il-Mulej, Alla taghna, hu l-Mulej wahdu. Mela hobb lill-Mulej Alla tieghek b’qalbek kollha, b’mohhok kollu u bil-qawwa tieghek kollha." It-tieni hu dan: "Hobb lil ghajrek bhalek innifsek."

NIKODEMU: Tajjeb, Mghallem, ghidt is-sewwa ghax wiehed hu Alla u m’hemmx iehor ghajru!

GESU’:- Lil Nikodemu - Inti mintix boghod mis-Saltna ta’ Alla!

Black-out. Pawsa muzikali.

 

Xena II

Gesu’ jidher miexi flimkien ma’ l-Appostli u xi dixxipli minn tieghu. Jieqaf hdejh wiehed ragel aghma minn twelidu.

NARRATUR: Gesu’ jfejjaq lir-ragel aghma minn twelidu. Kulhadd jibqa’ mistaghgeb b’li jkun gara. Ikun hemm xi whud li ma jemmnux bil-miraklu li ghamel Gesu’ u jirrabjaw ghalih.

 

GAKBU: Mghallem, min hu l-midneb, dan ir-ragel jew il-genituri tieghu, biex twieled aghma?

GESU’: La hu u lanqas il-genituri tieghu ma huma, imma dan sehh biex jidhru l-ghemejjel ta’ Alla fih. Tassew nghidilkom li kemm indum fid-dinja, jiena hu d-Dawl tad-dinja.

AGHMA: Mulej, Gesu’, henn ghalina jahasra!

GESU’: X’tixtieq, ibni?

AGHMA: Li nara, Mulej!

- Gesu’ jaghmel idejh fuq ghajnejn l-aghma, u mbaghad jitlaq flimkien mad-dixxipli tieghu. -

AGHMA: Qed nara, qed nara!

- Jidhlu tlett irgiel. -

RAGEL 1: Dan mhux dak li kien ikun bilqieghda jittallab?

RAGEL 2: Iva, hu kollu kemm hu!

RAGEL 3: Le, mhux hu, imma jixbhu tassew!

AGHMA: - jghajjat - Jiena hu, jiena hu!

RAGEL 3: Kif infethulek ghajnejk?

AGHMA: Gesu’ ta’ Nazaret pogga jdejh fuq ghajnejja u bdejt nara!

RAGEL 2: Fejn hu dan li qed issemmi?

AGHMA: Ma nafx!

RAGEL 1: Dan il-bniedem li fejqek mhux gej minghand Alla, ghax ma jharisx is-Sibt!

RAGEL 2: U kif jista’ wiehed li hu midneb jaghmel sinjal bhal dan?

RAGEL 3: Int xi tghid fuq dan li fetahlek ghajnejk?

AGHMA: Hu profeta!

RAGEL 2: Dan il-bniedem hu midneb! Kif seta’ jaghmel dan?!

AGHMA: Jekk hux midneb ma nafx; dan biss naf: li kont aghma u issa qed nara! Jaqaw tridu ssiru dixxipli tieghu?

RAGEL 1: Int dixxiplu tieghu! Ahna ta’ Mose’ dixxipli! Ahna nafu li Alla kellem lil Mose’, imma dan li qed issemmi ma nafux minn fejn inqala’! - Jitilqu `l hemm. -

- Jidhol Gesu’ u l-Appostli mexjin warajh. X’hin jarah, l-aghma jmur jigri ghal hdejh. -

GESU’: Int temmen f’Bin il-Bniedem?

AGHMA: Min hu, Mulej, biex nemmen fih?

GESU’: Int qieghed tarah, u hu dak li qieghed jitkellem mieghek.

AGHMA: Nemmen, Mulej!

GESU’: Jien gejt fid-dinja biex naghmel ghazla, biex dawk li ma jarawx jaraw u dawk li jaraw isiru ghomja!

 

Black-out. Pawsa muzikali.

 

Xena III

Post qrib l-Gholja taz-Zebbug. Gesu’ jinsab bilqieghda u madwaru naraw lill-Appostli u xi dixxipli tieghu. Ikun hemm ukoll xi Farizej qalb il-folla.

NARRATUR: Gesu’ jahfer lil kull wiehed minna, minghajr ebda kundizzjoni. Hawnhekk se narawh jahfer id-dnubiet ta’ wahda mara li nqabdet f’adulterju. Naraw ukoll lil Gesu’ jghallem lid-dixxipli tieghu u jurihom li hu r-Raghaj it-Tajjeb.

 

- Jidhlu xi rgiel Lhud. Maghhom ghandhom mara liebsa lbies mqatta’ u qieghda tibki. -

RAGEL: Mghallem, din il-mara nqabdet tizni fil-fatt! Issa fil-Ligi ta’ Mose’ hemm ordni li ahna ghandna nhaggru nisa bhal dawn. Inti xi tghid?

GESU’: Min minnkom hu minghajr ebda tebgha ta’ dnub, jitfa’ hu l-ewwel gebla lejha.

- L-irgiel Lhud iharsu kollha lejn xulxin, imbaghad johorgu ‘l barra, minghajr ma jitfghu ebda gebla. 

GESU’: Mara, fejn marru dawk l-irgiel li riedu jhaggruk? Hadd ma kkundannak?

ADULTERA: Hadd, ja Sidi!

GESU’: Anqas jien ma nikkundannak! Mur u minn issa `l quddiem tidnibx aktar!

- Il-mara adultera titlaq. -

- Pawsa qasira -

GESU’: Jiena hu d-Dawl tad-dinja; min jimxi warajja ma jimxix fid-dlam, imma jkollu d-dawl tal-hajja!

FARIZEW 1: Mghallem, int tixhed lilek innifsek; ix-xhieda tieghek ma tghoddx!

GESU’: Imqar jekk jien nixhed lili nnifsi, ix-xhieda tieghi tghodd, ghax naf mnejn gej u fejn sejjer. Intom taghmlu haqq fuq li jidher; jien ma naghmel haqq minn hadd! Jekk naghmel haqq jien, il-haqq tieghi hu fis-sewwa, ghax minix wahdi, imma jien u dak li baghatni. Fil-Ligi taghkom hu miktub li x-xhieda ta’ tnejn min-nies tghodd. Jien hu li nixhed lili nnifsi, u lili jixhidli Missieri li baghatni!

FARIZEW 2: Mghallem, fejn hu Missierek li ssemmi?

GESU’: Intom la tafu lili u lanqas lil Missieri; li kontu tafu lili, kontu tafu `l Missieri wkoll! - Pawsa qasira – Jiena mmur, u intom tfittxuni u fi dnubietkom tmutu. Fejn sejjer jien intom ma tistghux tigu!

FARIZEW 3: Jaqaw se toqtol lilek innifsek, biex qed tghid: "Fejn sejjer jien intom ma tistghux tigu?"

GESU’: Intom minn hawn isfel, jien minn fuq: intom minn din id-dinja, jien minix minn din id-dinja! Ghalhekk ghidtilkom li tmutu fi dnubietkom, ghax jekk ma temmnux li hu jien, tmutu tassew fi dnubietkom!

FARIZEW 1: Imma int min int?!!

GESU’: Sewwa sew dak li qed nghidilkom. Meta tghollu lil Bin il-Bniedem taghrfu li jiena hu, u li minn rajja ma naghmel xejn, imma nitkellem fuq dak li ghallimni l-Missier! - Pawsa qasira - Tassew nghidilkom li jiena hu l-Bieb tan-naghag! Min jidhol minni jkun mehlus, jidhol u johrog u jsib il-mergha. Jiena gejt biex ikollkom il-hajja u jkollkom bil-kotra! Jiena hu r-Raghaj it-Tajjeb, li jaghti hajtu ghan-naghag tieghu. Jiena naghraf in-naghag tieghi u n-naghag tieghi jaghrfu lili; bhalma l-Missier jaghraf lili u jien naghraf lil Missieri! Ghalhekk il-Missier ihobbni, ghax jiena naghti hajti biex nerga’ nehodha. Ghandi s-setgha naghtiha u ghandi s-setgha nerga’ nehodha!

FARIZEW 2: Dan il-bniedem ghandu xitan fih u qieghed jhewden; m’intomx qed tindunaw?!

PIETRU: Dan mhux kliem ta’ min ghandu xitan fih! Jaqaw xitan jista’ jiftah ghajnejn il-ghomja?!

FARIZEW 3: Mghallem, kemm se ddum taqlaghlna ruhna? Jekk int il-Messija, ghidilna bla habi!

GESU’: Ghidtilkom u ma temmnux; l-ghemejjel li naghmel f’isem missieri, huma jixhdu ghalija. Imma intom ma temmnux, ghax m’intomx min-naghag tieghi! In-naghag tieghi jisimghu lehni, jien naghrafhom u jigu warajja, u jien naghtihom il-hajja ta’ dejjem. Huma ma jintilfu qatt u hadd ma jahtafhomli minn idejja. Missieri, li tahomli, hu aqwa minn kulhadd, u ma jista’ hadd jahtafhom minn id Missieri! Jien u l-Missier haga wahda!

- Jidhol jigri qaddej ta’ Marta u Marija, hut Lazzru. -

QADDEJ: Mulej, Lazzru jinsab marid sew!

GESU’: Tibzax, tinkwetax ruhek! Din il-marda li ghandu Lazzru mhix tal-mewt, imma ghal sebh Alla, biex ikun jista’ jissebbah l-Iben ta’ Alla biha! Uliedi, imxi ha mmorru sa ghandu! Lazzru, il-habib taghna, jinsab rieqed; imma rrid immur biex inqajmu!

MATTEW: Jekk inhu rieqed, allura jfiq!

GESU’: Le Mattew, Lazzru miet. U nifrah minhabba fikom li ma kontx hemm, biex temmnu; imma imxi ha mmorru hdejh.

TUMAS: Ha mmorru ahna wkoll biex immutu mieghu!

Black-out ghal tletin sekonda. Muzika. Imbaghad jergghu jinxteghlu d-dawl. Tibqa’ l-istess xena ta’ qabel.

MARTA: Mulej, Mulej! Li kieku kont hawn hija ma kienx imut! Imma mqar issa, naf li kull ma inti titlob `l Alla, jaghtihulek minnufih!

GESU’: Tibzax Marta, huk iqum!

MARTA: Naf li jqum, Mulej, fl-ahhar jum.

GESU’: Jiena hu l-Qawmien u l-Hajja; min jemmen fija, imqar jekk imut, ikollu l-hajja! U kull min hu haj u jemmen fija, ma jmut qatt!

MARTA: Iva, Mulej, jien nemmen li int il-Messija, Bin Alla, li gie fid-dinja. - Tohrog u tmur tghid lil ohtha Marija biex tigi. -

- Pawsa qasira. Tidhol Marija, flimkien ma’ Marta. -

MARIJA: Mulej, hija kien jibqa’ haj kieku int kont tkun maghna!

GESU’: Fejn qeghidtuh?

MARIJA: Mulej, ejja u ara!

- Marta u Marija jiehdu lil Gesu’ fejn ikun hemm qabar mghotti b’gebla kbira. Gesu’ jibda jibki. -

MARA 1: Ara kemm kien ihobbu lil Lazzru!

MARA 2: Ma setax dan, li fetah ghajnejn il-aghma, jaghmel li dan ma jmutx?

GESU’: Nehhu l-gebla!

MARTA: Mulej, dan diga’ niten, ghax ilu erbat ijiem mejjet!

GESU’: Jiena ma ghidtlikx li jekk temmen, tara l-ghegubijiet ta’ Alla? Nehhu l-gebla!

- Zewg dixxipli ta’ Gesu’ jnehhu l-gebla tal-qabar. -

GESU’: Missier, nizzik hajr li smajtni! Jien kont naf li int dejjem tismaghni, imma ghidtu minhabba dawn in-nies li hawn madwari, biex jemmnu li inti bghattni. - b’lehen qawwi - Lazzru ohrog!!

- Lazzru johrog minn gol-qabar mimli faxex. Kulhadd jibqa’ mistaghgeb ghall-ahhar. -

GESU’: Hollulu l-faxex u halluh imur fis-sliem!

- Marta u Marija jintefghu f’riglejn Gesu’ jirringrazzjawh. -

Muzika. Black-out. Jinzel is-siparju.

 

TMIEM L-EWWEL ATT

 

**********

 

IT-TIENI ATT

Xena I

Betanja. Id-dar ta’ Xmun l-Imgiddem. Sala b’mejda fin-nofs. Jidhru Xmun, Gesu’, l-Appostli u xi Kbarat tal-Poplu.

NARRATUR: Gesu’ jinsab ghand Xmun l-Imgiddem, gewwa Betanja. Fadal sitt ijiem biss qabel il-Festa ta’ l-Ghid.

 

XMUN: Mghallem, tassew qed inhossni ferhan li inti ghogbok tigi taghmel l-ikla ghandi!

GESU’: Xtaqt hafna, Xmun, li nigi nzurek u xewqti qtajtha.

- Tidhol mara tigri gol-kamra u tintefa’ f’riglejn Gesu’ tibki. -

ELEAZAR: Din x’dahlet taghmel hawn gew?! Mara midinba bhalha! Missha tisthi tohrog barra!

XMUN: Tassew, keccuha `l barra minn dari!

GESU’: Le, Xmun. Halliha!

XMUN: Mghallem, din mara tad-dnub u ma jisthoqqilhiex tidhol go dari. U dak il-fwieha kollu li qieghda tahli, mhux ahjar marret taghtih karita’ lill-foqra?

GESU’: Ghaliex qed titkellem hekk, Xmun? Din il-mara li inti qed takkuza, dilkitli riglejja bil-fwieha, messhithomli b’xagharha u ma waqfitx tbushom. Minn dan kollu inti ma ghamiltli xejn. Din il-mara se jinhafrulha dnubietha ghax habbet hafna.

ELEAZAR: Kif jista’ jkun li int tahfer id-dnubiet?!

GESU’: Iskot, Eleazar. - Idur lejn il-mara - Mur bis-sliem, mara, u mil-lum `il quddiem, tidnibx iktar.

XMUN: B’liema setgha qed taghmel dan l-ghemil, Mghallem?

ELEAZAR: Alla biss jista’ jahfer id-dnubiet.

GESU’: Tassew nghidilkom li ghadkom ma fhimtux ghala jiena gejt fid-dinja!

Black-out. Pawsa muzikali.

 

Xena II

Gerusalemm. Pjazza kbira. Folla kbira ta’ nies bil-palm f’idejhom. Gesu’ jghaddi minn nofshom fuq hmara, akkumpanjat mill-Appostli.

NARRATUR: Gesu’ jidhol Gerusalemm trijonfalment fuq hmara, flimkien mad-dixxipli tieghu. Il-kotra tifrah hafna bih u tilqghu bit-tixjir tal-palm.

 

FOLLA: Hosanna! Hosanna, Mulej!

RAGEL 1: Merhba O Sultan!

RAGEL 2: Nilqghuk fostna gewwa Gerusalemm!

MARA 1: Imbierek il-sultan li gej f’isem il-Mulej!

FOLLA: Hosanna!

MARA 2: Sliem fis-sema u glorja fil-gholi tas-smewwiet!

FOLLA: Hosanna, Hosanna fil-gholi tas-smewwiet!

AGAR: Mghallem, canfarhom lid-dixxipli tieghek!

GESU’: Nghidilkom li, jekk jisktu huma, jghajjat il-gebel!

FOLLA: Viva s-sultan taghna! Viva l-Messija! Hosanna!!

Black-out. Pawsa muzikali.

 

Xena III

Is-Sinedriju. Jidhlu Hannas. Caiaphas, Agar, Zerah, Nikodemu, Guzeppi ta’ Arimateja, Eleazar, u mbaghad jidhol Guda.

NARRATUR: Il-membri tal-Kunsill tas-Sinedriju jiltaqghu biex jiddiskutu b’liema mod ser jehilsu minn Gesu’ u t-taghlim li kien qieghed ixerred.

 

HANNAS: Hbieb, hemm bzonn naraw x’ser naghmlu b’dan Gesu’ ta’ Nazaret. Qieghed ikun ta’ theddida ghar-religjon taghna!

ZERAH: Tassew, Rabbi Hannas. Sewwa qed tghid. Dan ir-ragel sahansitra qed jghid li hu l-Messija, l-Iben t’Alla.

NIKODEMU: Imma intom ma tqisux il-kobor tieghu? Qatt ma smajtuh jghallem lin-nies? Qatt ma rajtuh jaghmel xi miraklu?

CAIAPHAS: U hallina mill-mistoqsijiet, Nikodemu! Tghidlix li qieghed temmen fil-mirakli li qed jaghmel dan il-bniedem qarrieq?!

NIKODEMU: Rabbi Caiaphas, jiena kellimt lil dan Gesu’. Tassew bqajt impressjonat bil-kliem tieghu. Jiena nemmen li dan il-bniedem hu tassew kbir.

GUZEPPI: Jien ukoll smajtu jitkellem u nqisu bhala bniedem ta’ gherf kbir u uniku.

ZERAH: Ma jistax ikun li intom dortu ghal ma Gesu’. Misskom tisthu tghidu dan il-kliem! Qeghdin temmnu fi bniedem li hsara biss jista’ jgib fostna.

HANNAS: Guzeppi, Nikodemu, ahjar titilqu `l barra minn hawn, ghax jekk intom temmnu f’Gesu’, m’ghandkomx aktar x’taqsmu maghna!

NIKODEMU: Tibzax, Rabbi Hannas, hekk se naghmel jien. Ha nitlaq u nhallikom taghmlu li tridu.

GUZEPPI: U jien se mmur ukoll, flimkien ma’ Nikodemu.

CAIAPHAS: Morru mela, imxu wara dak il-qarrieq! U halluna bi kwietna.

- Guzeppi u Nikodemu jitilqu. Jidhol Guda l-Iskarjota. -

ZERAH: Ara sehibna Guda! X’giebek `l hawn illum?

GUDA: Isimghuni x’se nghidilkom. Jien lest li naghtikom lil Gesu’ ta’ Nazaret f’idejkom, u intom taghtuni hamsin bicca tal-fidda bhala hlas.

AGAR: Din tinstema’ xi haga interessanti.

ZERAH: Guda, din tieghek hi offerta tajba hafna. Pero’, hamsin bicca tal-fidda huma wisq ghalina.

HANNAS: Tassew, huwa minnu li qal Zerah.

GUDA: Allura, kemm se taghtuni minflok hamsin bicca?

CAIAPHAS: Ara, bi tletin bicca tal-fidda taccetta li taghtina lil Gesu’?

HANNAS: X’tahseb Guda?

- Guda jahsibha xi ftit. -

GUDA: Iva, naccetta. Aghtuni tletin bicca tal-fidda u Gesu’ jkun taghkom.

ZERAH: Tajjeb mela. Issa ninsabu miftehmin! Pero’ rridu nergghu niltaqghu biex niftehmu meta sejrin biex naqbdu lil Gesu’.

CAIAPHAS: Eleazar, mur gib tletin bicca tal-fidda ghal Guda.

ELEAZAR: Sejjer, Rabbi Caiaphas.

- Eleazar johrog -

ZERAH: Sa fl-ahhar se jirnexxielna nehilsu minn Gesu’!

- Pawsa qasira. Eleazar jidhol b’borza zghira f’idu li fiha hemm it-tletin bicca tal-fidda. -

ELEAZAR: Hawn hudhom, Guda. Ghandek it-tletin bicca tal-fidda.

HANNAS: Nirringrazzjawk ta’ l-ghajnuna tieghek Guda. Issa tista’ tmur. Nergghu niltaqghu!

GUDA: Iva, hbieb, nergghu niltaqghu!

Black-out. Pawsa muzikali.

 

Xena IV

Pjazza go Gerusalemm. Jidhol Gesu’, flimkien ma’ l-Appostli.

NARRATUR: Wasal l-ewwel jum ta’ l-Azzmi. Gesu’ iqabbad lid-dixxipli tieghu biex imorru jhejjulu l-ikla ta’ l-Ghid li kienet issir ta’ kull sena mil-Lhud. Waqt din l-ikla huma kienu jissagrifikaw il-haruf ta’ l-Ghid.

 

GESU’: Pietru, Gwanni, isma’ ha nkellimkom.

PIETRU: Ghidilna Mghallem.

GESU’: Illum tafu li hu l-ewwel jum ta’ l-Azzmi. Jien nixtieq li naghmel l-ikla ta’ l-Ghid maghkom illejla.

GWANNI: Allura x’tixtieq minghandna Mghallem?

GESU’: Isimghuni, irridkom li tmorru thejju ghall-ikla ta’ llejla, halli nkunu nistghu nieklu l-haruf flimkien.

PIETRU: Fejn tridna nhejju, Mghallem?

GESU’: Araw, morru fit-triq li taghti ghat-tempju u hemmhekk ghandu jkun hemm ragel qieghed jistenniekom. Lil dan taghrfuh ghax ikollu garra f’idu. Ibqghu mexjin mieghu u hu jwassalkom sa dar. Idhlu u kellmu lis-sid ta’ din id-dar u ghidulu li l-Imghallem xtaq ikun jaf fejn hi l-kamra li fiha se niccelebraw l-ikla ta’ l-Ghid. Hu jurikom il-post, u intom hejju kollox hemmhekk.

PIETRU: Kollox sew Mghallem, arana sejrin.

Black-out. Pawsa muzikali.

 

Xena V

Kamra b’mejda twila fin-nofs. Jidhlu l-Appostli u jpoggu bilqieghda madwarha. Imbaghad jidhol Gesu’ u jpoggi bilqieghda f’nofshom. Fuq il-mejda jkun hemm tlettax –il platt, u fin-nofs, fejn ikun Gesu’, ikun hemm kalci mdaqqas u hobza tal-hmira tonda.

NARRATUR: Gesu’ u l-Appostli jingabru flimkien ghall-ikla ta’ l-Ghid, l-ahhar ikla ta’ Gesu’ mad-dixxipli tieghu qabel jinghata f’idejn is-Sanhedrin.

 

GESU’: Kelli xewqa kbira li naghmel din l-ikla maghkom qabel ma’ tasal is-Siegha tad-Dlamijiet. Tassew nghidilkom li din l-ikla minix ser nerga’ naghmilha sakemm ma tkunx sehhet ghal kollox fis-Saltna tas-sema.

- Gesu’ jaqbad il-kalci f’idu u jghollih `il fuq. -

GESU’: Hudu dan il-kalci mimli bl-inbid u aqsmuh bejnietkom. Nghidilkom li minn issa `l quddiem ma nixrobx aktar minn frott id-dielja, sa ma tigi s-Saltna t’Alla.

- L-Appostli jixorbu mill-kalci wiehed wara l-iehor. -

- Gesu’ jaqbad il-hobza u jaqsamha min-nofs. -

GESU’: Dan hu gismi li jinghata ghalikom, ghall-mahfra tad-dnubiet. Nitlobkom tibqghu taghmlu dan bhala tifkira tieghi. - Pawsa qasira - Tassew nghidilkom li l-kalci li minnu xrobtu l-inbid huwa l-Patt il-Gdid b’demmi, id-demm li jixxerred ghalikom.

- L-Appostli jghaddu l-hobza wiehed lill-iehor u jiehdu bicca zghira kull wiehed. -

GESU’: Issa ejjew halli nahslilkom riglejkom.

- Gesu’ jqum minn fuq il-mejda, jilbes fardal ma’ qaddu, iferragh l-ilma go lenbija u jibda jahsel riglejn l-Appostli, wiehed wiehed. Imbaghad jixxuttahomlhom bil-fardal ta’ ma’ qaddu. -

PIETRU: Mulej, int lili ser tahsilli riglejja?! Dan ma jkun qatt Mulej!

GESU’: Kun af, Pietru, li jekk ma nahsillekx riglejk, int ma jkollok x’taqsam xejn mieghi!

PIETRU: Mela mhux riglejja biss ahsilli Mulej, imma rasi u jdejja wkoll!

GESU’: Pietru, min hu mahsul, ma ghandux ghalfejn joqghod jinhasel, hlief saqajh, ghax hu jkun nadif . Intom indaf, izda mhux ilkoll!

- X’hin ilesti mill-hasil tar-riglejn, Gesu’ jerga’ jnehhi l-fardal u jpoggi mill-gdid bilqieghda madwar il-mejda flimkien ma’ l-Appostli. -

GESU’: Rajtuni nahslilkom riglejkom. Tassew nghidilkom, li intom ghandkom taghmlu l-istess bejnietkom u tahslu riglejn xulxin. Ghax kif ghamilt jien maghkom, hekk taghmlu intom ukoll bejnietkom. - Pawsa qasira. - Qed inhossni tassew imhawwad.

PIETRU: X’qed thoss Mghallem?

GESU’: Tassew nghidilkom li llum wiehed minnkom, li qieghed bilqieghda mieghi fuq din il-mejda, ser jittradini!

- L-Appostli jibdew iharsu lejn xulxin, mifxula ghal dak li qalilhom Gesu’. -

GWANNI: Mghallem jien ma ttradejtekx zgur!

GAKBU: Jien anqas, Mulej.

FILIPPU: U l-anqas jien.

PIETRU: Mulej, ghidilna min hu dak li se jittradik!

GESU’: Dak li se jittradini huwa dak li se nbill din il-bicca hobz fi platt wiehed mieghu, u naghtihielu.

- Gesu’ jaqbad bicca hobz, ibillha fl-inbid u jaghtiha lil Guda l-Iskarjota.-

GESU’: Mur Guda, u dak li ghandek taghmlu, fittex ghamlu u ddumx!

- Guda jitlaq jigri ‘l barra.-

GWANNI: Mela Guda hu t-traditur tieghek, Mulej!

- Gesu’ ma jwiegeb xejn. -

- Pawsa qasira. -

GESU’: Uliedi, ftit iehor se ndum maghkom. Fejn se mmur jien, intom ma tistghux tigu. Jien naghtikom Kmandament gdid: Hobbu lil xulxin kif habbejtkom jien. Minn dan jaghrfukom illi intom id-dixxipli tieghi.

PIETRU: Allura fejn se tmur, Mghallem, biex ahna ma nistghux nigu mieghek?

GESU’: Fejn sejjer jien, int ma tistax tigi ghalissa.

PIETRU: Ghaliex Mulej ma nistax nigi? Jiena nahlef li lest li mmut ghalik!

GESU’: Pietru, tassew nghidlek, li llejla, qabel ma s-serduk jidden darbtejn, inti tkun diga’ chadt tliet darbiet li ma tafnix!

PIETRU: Dan ma naghmlu qatt, Mulej!

- Pawsa qasira. -

GESU’: Uliedi, thallux li qalbkom tithawwad minhabba fija. Jien sejjer inhejjilkom post fejn tghammru. Imbaghad nerga’ nigi biex nehodkom mieghi. It-triq li minnha se nghaddi, intom tafuha.

TUMAS: Mulej, ahna ma nafux fejn sejjer! Din it-triq kif se nsiru nafuha?

GESU’: Jien hu t-Triq, il-Verita’ u l-Hajja. Hadd ma jmur ghand il-Missier jekk mhux permezz tieghi.

FILIPPU: Mulej, ghalina jkun bizzejjed jekk inti turina lill-Missier.

GESU’: Filippu, ili daqshekk maghkom, u ghadek ma gharaftnix?! Min jara lili, jara lil Missieri!

- Pawsa qasira. -

GESU’: Uliedi, jekk thobbuni, harsu l-Kmandamenti tieghi. Min izomm il-kmandamenti tieghi u jharishom, dak hu li jhobbni, u min ihobb lili jkun ihobb ukoll lil Missieri. Smajtu x’ghidtilkom: Jiena sejjer u nerga’ nigi ghandkom. U qed nghidilkom dan minn issa qabel ma jsehh, halli mbaghad, meta jsehh, temmnu. Minix se nkellimkom aktar fit-tul, ghax il-Princep tad-dinja gej. Kontra tieghi xejn ma jista’ jaghmel; izda halli d-dinja taghraf li jiena nhobbu lil Missieri u se naghmel kif ordnali hu. - Gesu’ jgholli rasu lejn is-sema. - Missier, is-siegha waslet; aghti glorja lil ibnek, biex ibnek jaghti glorja lilek. Issa qumu! Imxu! Ejjew nitilqu minn hawn! Ghax dak li se jittradini qieghed fil-qrib!

Black-out. Pawsa muzikali.

 

Xena VI

L-ort tal-Getsemani. Xi ftit sigar u blat imferrxin `l hawn u `l hinn. Gesu’ jidhol flimkien ma’ l-Appostli (minbarra Guda l-Iskarjota).

NARRATUR: Gesu’, flimkien mad-dixxipli tieghu, jasal fl-Ort tal-Getsemani. Hawnhekk narawh jishar u mbaghad jigi arrestat mis-Sanhedrin u l-Kbarat tal-poplu.

 

GESU’: Uliedi, itolbu issa biex ma tidhlux fit-tigrib.

- Gesu’ jitbieghed xi ftit minn hdejn l-Appostli u jinzel gharkubbtejh. Sadanittant, l-Appostli jibdew jorqdu wiehed wiehed. -

GESU’: Missier, jekk trid int, warrab minni dan il-kalci! Izda tkun maghmula r-rieda tieghek, u mhux tieghi.

- Gesu’ jqum u jerga’ jmur fejn l-Appostli, u jsibhom reqdin. -

GESU’: Pietru, inti rqadt? Ma flahtx tishar siegha wahda mieghi! Nerga’ nghidilkom kollha kemm intom: ishru u itolbu biex ma tidhlux fit-tigrib! Ghax l-ispirtu, iva, jrid. Imma l-gisem hu dghajjef!

- Pawsa qasira. -

- Jidhol Guda l-Iskarjota, flimkien ma’ xi suldati u qaddejja tal-Qassisin il-Kbar. -

GUDA: Isimghuni tajjeb. Lil dak li tarawni nbus, aqbduh mill-ewwel!

- Guda jersaq lejn Gesu’ u jbusu. -

GUDA: Is-sliem ghalik, Mghallem!

GESU’: Guda, bewsa ghazilt biex tittradixxi lil sidek?

- Is-suldati jmeddu jdejhom fuq Gesu’ u jaqbduh. -

- Pietru jislet is-sejf u jaghti daqqa bih lill-qaddej tal-Qassis il-Kbir, Malkus, u jaqtaghlu bicca minn widintu. -

GESU’: Pietru, dahhal dak is-sejf f’postu!! Ghax minn jaghti bis-sejf, bis-sejf stess jinqered!

- Pawsa qasira. -

GESU’: Qiskom hrigtu ghal xi halliel, armati b’dawk is-sjuf u l-bsaten biex tigu taqbdu lili! Jien kont dejjem inkun maghkom fis-sinagoga nghallem, izda intom ma zammejtunix! Imma dan kollu qed jigri biex isehh l-Iskrittura.

QADDEJ: Issa, aqbduh u zommuh sewwa! Imxu halli niehduh ghand il-Qassisin il-Kbar biex jidher quddiemhom.

- Is-suldati johorgu `l barra b’Gesu’ marbut. L-Appostli jitilqu jigru u jaharbu. - 

Muzika. Black- out. Jinzel is-siparju.

 

TMIEM IT-TIENI ATT

 

**********

 

 IT-TIELET ATT

Xena I

Is-Sala tal-Kunsill tas-Sinedriju. Jidhlu il-Qassisin il-Kbar Hannas u Caiaphas, imbaghad jidhlu Zerah, Agar, Eleazar u membri ohra tal-Kunsill tas-Sinedriju.

NARRATUR: Issa ninsabu gewwa s-sala tal-Kunsill tas-Sinedriju, fejn Gesu’ se jidher quddiem il-Qassisin il-Kbar u l-Kittieba tal-poplu. Dawn jippruvaw jakkuzawh ghall-mewt.

 

HANNAS: Nitlobkom issa biex izzommu l-kwiet ha naraw x’ser jghidilna dan Gesu’ ta’ Nazaret. Jekk joghgobkom, gibuh quddiemna!

- Is-suldati jdahhlu lil Gesu’ u jpogguh quddiem il-Qassisin il-Kbar. -

CAIAPHAS: Issa nistghu nibdew. - Pawsa qasira. -X’ghandkom xi tghiduli fuq dan Gesu’?

AGAR: Rabbi Caiaphas, dan ir-ragel qal li hu jista’ jhott it-tempju u fi tlett ijiem jerga’ jibnih, u dan ma jkunx mibni bl-idejn!

ELEAZAR: Issa ara dan kif jista’ jkun, Rabbi Caiaphas!

ZERAH: It-taghlim li qed ixerred dan ir-ragel hu taghlim mimli qerq u gideb. U sahansitra qieghed joqghod jigri mat-toroq tal-Palestina u jghid li hu l-Messija, l-Iben t’Alla!

CAIAPHAS: Tajjeb, smajt bizzejjed. - Pawsa qasira. – Allura, Gesu’, int xejn ma twiegeb ghal dawn l-akkuzi kollha li qed jinghadu fuqek? Ma tiddefendix ruhek?

HANNAS: Gesu’ ta’ Nazaret, ahilfilna fuq Alla l-Haj, u ghidilna jekk intix tassew il-Messija, l-Iben ta’ Alla!

GESU’: Jiena hu. U ghad taraw lil Bin il-Bniedem bilqieghda n-naha tal-lemin ta’ Alla u gej fuq is-shab tas-sema!

- Il-Qassis il-Kbir, Caiaphas, icarrat il-libsa tieghu.

ZERAH: Dan ir-ragel huwa midghi! Smajtuh il-kliem li hareg minn fommu? Issa x’jidhrilkom?

KULHADD: Haqqu l-mewt, haqqu l-mewt!!

Black-out. Pawsa muzikali.

 

Xena II

Il-bitha tal-palazz tal-Qassis il-Kbir. Pietru bilqieghda hdejn xi qaddejja li jahdmu fil-palazz.

NARRATUR: Pietru jinsab mitfugh bilqieghda hdejn xi qaddejja tal-Qassisin il-Kbar fil-palazz taghhom. Huwa jichad tlett darbiet li ma jafx lil Gesu’. Is-serduk jidden darbtejn u Pietru jinduna bl-izball li jkun ghamel, u jinfaqa’ jibki.

 

QADDEJJA 1: Isma’, int wiehed mid-dixxipli ta’ dan Gesu’ ta’ Nazaret li arrestaw!

PIETRU: Nahseb li sejra zball, tafx. Anqas naf min hu dan il-bniedem li qieghda issemmi!

- Pawsa qasira. -

QADDEJJA 2: Dazgur, jiena certa li dan kien ikun ma’ Gesu’, ghaliex gieli rajtu mieghu b’ghajnejja stess.

PIETRU: Ghiduli x’intom thawdu! Nerga’ nghidilkom li lil dan Gesu’ ma nafux.

QADDEJJA 3: Inti qed tigdeb. Int lil Gesu’ tafu u kont timxi warajh. Anke l-kisra ta’ kliemek qed tikxfek!

PIETRU: Le, jahasra! Jien nahlef u nerga’ nahlef li dan il-bniedem ma nafux!!

- Il-qaddejja jitilqu u jhallu lil Pietru wahdu fil-bitha. F’daqqa wahda jinstema’ serduk jidden darbtejn. -

PIETRU: - jinfaqa’ jibki - Imma kif jista’ jkun tradejtu! Kif jista’ jkun! Jien li ghamilt tliet snin shah nimxi warajh u weghdtu li lest li mmut ghalih, issa kelli nkun it-traditur tieghu! Sewwa kien qalli li qabel ma s-serduk ikun idden darbtejn, jien inkun diga’ chadtu tliet darbiet! Ara issa x’ghamilt b’idejja! - Pawsa qasira - Ahfirli, Mulej, tad-dnubiet li ghamilt! Jien cert li int dejjem tahfirli. Jiddispjacini Mulej ghax tradejtek! - Pawsa qasira - Pietru, Pietru, x’ghamilt b’idejk!! - johrog `il barra jibki. -

Black-out. Pawsa muzikali.

 

Xena III

Is-Sala tal-Kunsill tas-Sinedriju. Jidhlu Hannas, Caiaphas, Zerah, Agar, Eleazar, u xi qaddejja u suldati.

NARRATUR: Il-Qassisin il-Kbar u s-Sanhedrin jiltaqghu bil-mohbi bejniethom u jiftiehmu kif se jaghmlu biex jehilsu minn Gesu’.

 

ZERAH: L-ahwa, irridu nehilsu minn dan il-bniedem xewwiex malajr kemm jista’ jkun. Smajtuh kollha b’widnejkom dak il-kliem li qal. Ahna kollha naqblu li dan haqqu l-mewt ghal li ghamel. Aktar kemm ma nehilsux minnu malajr, lill-Palestina se jkompli jgibha herba u ha jdawwar lil kulhadd kontrina!

AGAR: Issa ghandna prova cara tal-hazen li ghandu dan Gesu’. Nghidu li hu qed jipproklama ruhu l-Messija u s-Sultan tal-Lhud. Bis-sahha ta’ dan inkunu nistghu nakkuzawh ghall-mewt.

HANNAS: Allura ghand min tahsbu li ghandna nohduh l-ewwel: ghand il-Prokuratur Ponzju Pilatu, jew ghand Erodi Antipas?

ZERAH: Jien nahseb li jkun ahjar li nibaghtuh ghand Pilatu u naraw kif Gesu’ se jwiegeb ghall-mistoqsijiet li jaghmillu.

HANNAS: Tajjeb, jien naqbel mieghek fuq dan, Zerah. Nahseb li tkun ghazla ghaqlija jekk nibghatuh ghand Pilatu.

AGAR: Issa tinsewx li hemm dik id-drawwa li fil-festa ta’ l-Ghid jinheles wiehed mill-prigunieri li jkunu mitfughin il-habs. Ahna rridu nippruvaw nikkonvincu lil Pilatu biex jehles lil Barabba mill-habs, u lil Gesu’ ta’ Nazaret jaghtih il-mewt tas-salib.

CAIAPHAS: Imma biex jirnexxielna nikkonvincuh lil Pilatu, irridu nxewwxu lin-nies u nghidulhom biex jghajtu l-isem ta’ Barabba. B’hekk Pilatu jkun jista’ jehilsu ghax jara li n-nies iriduh mehlus!

ELEAZAR: Imma, Rabbi Caiaphas, inti ma tahsibx li Pilatu mhux se jehles prigunier perikoluz bhal ma hu Barabba?

CAIAPHAS: Eleazar, jekk id-drawwa tghid li l-Prokuratur ghandu jehles lil xi prigunier li jridu n-nies minghajr ebda kundizzjoni, ikollu jehilsu, irid jew ma jridx, ghax inkella jkun qed imur kontra d-drawwiet taghna l-Lhud!

HANNAS: Hekk hu. Jien naqbel ma’ Rabbi Caiaphas.

AGAR: Anke jien. Naqbel ghal kollox mieghu.

CAIAPHAS: Tajjeb wisq! Mela la kollha taqblu mieghi, ghandna nuzaw dan il-pjan biex nehilsu minn Gesu’. U jiena cert li kollox se jirnexxi kif irridu ahna. Ir-renju tas-Sultan tal-Lhud ma tantx jidher li fadallu hajja!! - Caiaphas jidhak. –

Black-out. Pawsa muzikali.

 

Xena IV

Il-Wied ta’ Kedron. Sigra kbira fin-nofs tal-palk. Jidhol Guda b’borza f’id wahda u b’habel f’idu l-ohra.

NARRATUR: Guda l-Iskarjota, dak li ttradixxa lil Gesu’, jhoss ruhu ddisprat u hati ghal li wettaq. Hajtu tispicca meta hu jmut mghallaq ma’ sigra.

 

GUDA: Jiena dnibt bil-kbir, u zgur m’ghandi ebda tama ta’ mahfra, ghax jiena ttradejt demm bla htija. Ara x’mort ghamilt b’idejja! Dawn il-flus tal-fidda huma mishuta u ma ghandix x’nambihom aktar. - Jitfa’ l-flus ma’ l-art b’tisbita. - Imma ghaliex, Guda, ghaliex ghamilt hekk? Il-kagun ta’ dan kollu hu jien. Jien biss u hadd iktar! Le, jien m’ghandix mahfra minghand il-Mulej ghal li ghamilt. U ghal dan kollu ma baqaghli xejn x’naghmel hlief li noqtol ruhi b’idejja. Ghax jiena haqqni, haqqni ghax ta’ iblah li jien smajt mix-xitan u obdejtu, ikkuntentajtu! Le, jien, haqqni l-mewt ghal li ghamilt, mhux il-Mulej! Jien haqqni l-mewt! - Jorbot il-habel ma’ ghonqu, jersaq lejn is-sigra u mbaghad jorbtu maghha. - Guda! Mut! Mut, ja traditur!! - Jitghallaq u jmut. -

Black-out. Pawsa muzikali.

 

Xena V

Il-Pretorju. Jidhlu l-Qassisin il-Kbar, flimkien ma’ whud mill-membri tas-Sinedriju. Jidhlu wkoll zewg suldati b’Gesu’ maqbud f’idejhom. Fuq il-palk ikun hemm Longinus, Artus u Petronius - il-qaddejja ta’ Ponzju Pilatu.

NARRATUR: Il-Qassisin il-Kbar u l-Kbarat tal-Poplu jiehdu lil Gesu’ gewwa l-Pretorju biex jidher quddiem Ponzju Pilatu, il-Gvernatur Ruman tal-Palestina.

 

LONGINUS: X’ghandkom bzonn?

ZERAH: Nixtiequ nkellmu lill-Prokuratur, ghax irridu nressqu lil dan, Gesu’ ta’ Nazaret, biex jidher quddiemu.

LONGINUS: Kollox sew. Artus, mur ghid lill-Prokuratur biex jigi s’hawnhekk.

ARTUS: Sejjer, Longinus.

- Pawsa qasira. -

- Jidhol Ponzju Pilatu, flimkien ma’ Artus. -

ZERAH: Insellmulek, ghaziz Prokuratur.

PILATU: Insellmilkom. Ghiduli, x’inqalalkom?

HANNAS: Prokuratur, gibnielek hawn quddiemek, lil dan ir-ragel li jsejhulu Gesu’ ta’ Nazaret.

PILATU: X’inhi l-akkuza taghkom kontra dan ir-ragel?

CAIAPHAS: Li kieku dan ma kienx ragel hazin, ahna ma konniex se naghtuh f’idejk.

PILATU: Mela allura huduh intom, iggudikawh intom skond il-Ligi taghkom u ghamlu bih li tridu.

ZERAH: Imma ahna, Prokuratur, m’ghandna s-setgha li noqtlu lil hadd! Dal-bniedem qed jishaq li hu l-Messija, Bin l-Imbierek!

PILATU: Din tidher interessanti! Mela halluni ha nisimghu ftit lil dan ir-ragel u niggudikah kif nista’. Ressquh aktar lejja.

- Gesu’ jersaq qrib ta’ Pilatu u dan ta’ l-ahhar ihares lejn Gesu’ bir-reqqa. -

PILATU: Allura, inti s-Sultan tal-Lhud?

GESU’: Dan qieghed tghidu int minn mohhok? Jew kienu ohrajn lil qalulek dan fuqi?

PILATU: Jien minix Lhudi! Kien l-poplu tieghek u dawn il-Qassisin il-Kbar li tawk f’idejja li qaluli. Ghid, x’ghamilt?

GESU’: Saltnati m'hijiex ta’ din id-dinja. Li kieku kienet ta’ din id-dinja, kieku l-ghases tieghi kienu jiggieldu biex ma ninghatax f’idejn il-Lhud. Imma, tabilhaqq, saltnati mhix ta’ hawn!

PILATU: Mela, allura, inti sultan?

GESU’: Int qieghed tghidu; jien sultan. Jien ghalhekk twelidt u ghalhekk gejt fid-dinja, biex nixhed il-Verita’. Kull min tassew ihobb il-Verita’, jisma’ lehni.

PILATU: U l-Verita’ x’inhi?

- Gesu’ ma jaghti ebda twegiba. -

PILATU: Nghidilkom li jien ma nsib ebda htija f’dan il-bniedem.

ZERAH: Dan qieghed ixewwex lill-gens kollu taghna u t-taghlim tieghu tferrex mal-Lhudija kollha, ibda mill-Galilija sa hawnhekk stess!

PILATU: Qeghdin issemmu l-Galilija. Jigifieri dan ir-ragel hu mill-Galilija?

ZERAH: Iva, Prokuratur, mill-Galilija.

PILATU: Tajjeb hafna. Petronius, isma’ ftit?

PETRONIUS: Ghidli, Prokuratur.

PILATU: Ghal li jista’ jkun, Erodi Antipas ghadu jinsab Gerusalemm?

PETRONIUS: Iva, Prokuratur, hawn ghadu Erodi.

PILATU: Kollox sew. Mela allura tistghu tiehdu lil Gesu’ ghand Erodi u jiggudikah hu jekk irid. - Pawsa qasira - Tistghu tmorru!

Black-out. Pawsa muzikali.

 

Xena VI

Il-palazz ta’ Erodi Antipas. Erodi jinsab mixhut fuq mitrah madwar hafna tfajliet sbieh. Uhud minnhom jibdew jizfnu quddiem Erodi.

NARRATUR: Dan huwa l-palazz ta’ Erodi Antipas. Dan is-sultan ihobb hafna lin-nisa, specjalment meta jizfnulu xi zifna specjali ghalih. Meta jdahhlu lil Gesu’ quddiemu, jiehu pjacir hafna bih, ghax ikun ilu jixtieq li jiltaqa’ mieghu. Izda fl-ahhar johrog dizappuntat.

 

- Numru ta’ tfajliet jibdew jizfnu zifna fuq stil orjentali. Waqt iz-zifna, jidhlu xi qaddejja ta’ Erodi, u jgibulu xi platti mimlijin b’ikel u frott, u kalci mimli bl-inbid. X’hin tintemm iz-zifna, jidhlu l-Qassisin il-Kbar, xi Sanhedrin, u Gesu’ maqbud mis-suldati. -

ERODI: Ara lil min qieghed nara quddiemi llum! X’giebkom ‘l hawn, eh?

CAIAPHAS: Gibna lil dan il-bniedem quddiemek, biex inti tkun tista’ tiggudikah u takkuzah ghall-mewt.

ERODI: Nakkuzah ghall-mewt? Tistghu tghiduli ftit dan il-bniedem min hu, x’jismu?

ZERAH: Dan ir-ragel hu Gesu’ ta’ Nazaret.

ERODI: Gesu’ ta’ Nazaret? Dak il-bniedem li kien qed jissemma’ dan l-ahhar ghall-mirakli li wettaq?!!

ZERAH: Hu kollu kemm hu!

ERODI: Tassew qed inhossni onorat u ferhan li gibtuli lil Gesu’ quddiemi, ghax ili nisma’ hafna fuqu u minn dejjem xtaqt niltaqa’ mieghu! Tafu intom, forsi jaghmlilna xi miraklu zghir!Allura dan x’ghamel hazin biex intom tridu taghtuh il-mewt?

HANNAS: Dan ir-ragel qed ixerred taghlim qarrieq u qed jipproklama ruhu s-Sultan tal-Lhud!

ERODI: Ah! Is-sultan tal-Lhud! Insellimlek Majesta’!! - ibaxxi rasu - Imma ma tindunawx li dan m’ghandux ix-xehta ta’ sultan, eh? Ghamlilna xi naqra magija jew xi miraklu ckejken, ja Sultan tal-Lhud? Hux hekk tridni nsejjahlek?

- Pawsa qasira -

ERODI: Mela dan ma jitkellimx?! Dan mutu, x’inhu? Ara, ghandi dan il-kalci. Fih ftit inbid, ta’ l-ahhar. Irridek tibdilli l-inbid f’ilma. - Pawsa qasira - Dan inbid baqa’! Jaqaw ghax gejt quddiemi, marrulek il-poteri magici kollha? Dan ragel iblah. Ma jaf jaghmel xejn. Jien ma nafx ghala tridu takkuzaw bniedem bhal dan. Jien ma nsib xejn stramb fih. Anqas biss tniffes. Baqa’ qisu statwa. Ara, ghamluli pjacir kbir, u itilquli `l barra bih b’kollox. Morru huduh ghand min joghgobkom u nehhuhuli minn quddiem ghajnejja. Mur obsor, eh? Gesu’ ta’ Nazaret! Jien immaginajtu xi wiehed ittajjar in-nar u jaghmel il-magija. Mhux wiehed li qisu mhux qieghed jghix f’dinja! Huduh `l hemm. U jekk se tmorru ghand Pilatu, tinsewx isselluli ghalih. U ghidulu li ghandi, Gesu’ ta’ Nazaret anqas qal kelma wahda.

ZERAH: Jigifieri tridna nitilqu, Erodi?

ERODI: Misskom ilkom li tlaqtu ‘l barra. Anzi kien ikun ahjar kieku ma gejtu xejn! Suldati, keccuhom `il barra minn hawn lil dawn!! Morru xxejru kollha kemm intom!

Black-out. Pawsa muzikali.

 

Xena VII

Il-Pretorju. Jidhlu Ponzju Pilatu, Claudia - il-mara tieghu, Quintilius, Longinus, Artus u Petronius.

NARRATUR: Gewwa l-Pretorju, il-Prokuratur Ruman Ponzju Pilatu, martu Claudia u s-suldati tieghu, ikunu qed jitkellmu fuq Gesu’ ta’ Nazaret, u kollha jghidu x’jahsbu fuqu. Imbaghad jergghu jigu l-Qassisin il-Kbar u l-kittieba b’Gesu’ maghhom.

 

PILATU: Dan il-bniedem li l-Qassisin il-Kbar tal-Lhud gabuli quddiemi llum, tassew hawwadni. Jidher li hu bniedem ta’ l-ghageb u ma jidhirlix li hu perikoluz, kif qeghdin jahsbu u jghidu huma.

CLAUDIA: X’jismu dan ir-ragel, ghaziz tieghi?

PILATU: Gesu’ ta’ Nazaret.

CLAUDIA: - Wiccha jiehu xejra ta' thassib - Imma kif jista’ jkun?!

PILATU: X’gara, Claudia?

CLAUDIA: Dal-lejl kelli holma tassew kerha li ma hallitnix naghlaq ghajn m’ghajn. Hlomt b’ragel li kellu hafna nies warajh u kien qieghed jippriedka s-sewwa. Imbaghad, f’daqqa wahda rajtu mislub fuq salib u hafna nies qeghdin jibkuh. Nahseb li kien dan Gesu’ ta’ Nazaret li qieghed issemmi, dak ir-ragel li hlomt fuqu. Ara x’ser nghidlek, qis li ma dan ir-ragel gust ma jkollok xejn x’taqsam, fhimtni?

PILATU: Fhimtek Claudia, fhimtek. - Claudia titlaq -

QUINTILIUS: Prokuratur, qed nisma’ hafna ghajat gej minn barra l-palazz. Immur nara x’inhu jigri barra?

PILATU: Iva, mur ara Quintilius.

- Quintilius johrog u jerga’ jidhol immedjatament. -

QUINTILIUS: Prokuratur!

PILATU: X’gara, Quintilius?!

QUINTILIUS: Prokuratur, regghu gew il-Qassisin il-Kbar tal-Lhud b’Gesu’ ta’ Nazaret!

PILATU: Regghu gew?! Mela allura dan ifisser li Erodi ma ghamilx haqq minnu u rega’ baghtu ghandi! Jien hsibt li farfart kollox minn fuqi! Mur ghidilhom igibuh quddiemi!

QUINTILIUS: Longinus, Artus, morru ghidulhom ha jidhlu.

LONGINUS/ARTUS: Kollox sew.

- Pawsa qasira. -

- Jidhlu l-Qassisin il-Kbar, xi Kbarat tal-Poplu, membri tas-Sinedriju, u xi Lhud ohrajn. Idahhlu lil Gesu’ maghhom, marbut.

PILATU: Ghiduli, x’rega’ gabkom lil hawn? Qed nara li Gesu’ ta’ Nazaret ghadu f’idejkom!

ZERAH: Iva, Prokuratur. Ahna hadna lil Gesu’ ghand Erodi Antipas kif ghamartilna inti.

PILATU: U x’ghamel Erodi?

ZERAH: Erodi haseb li dan il-bniedem kien ser jaghmillu xi miraklu jew xi magija, izda anqas biss harget kelma minn fommu. Erodi qalilna li hassu rrabbjat ghal mod ta’ kif gieb ruhu mieghu dan Gesu’, u qalilna wkoll li hu ma jara xejn stramb jew ta’ periklu fih.

PILATU: Ezatt, l-istess kif nahseb jien.

HANNAS: Prokuratur, inti suppost taf li ahna l-Lhud ghandna d-drawwa li fil-festa ta’ l-Ghid ghandu jinheles xi prigunier mill-habs.

PILATU: Iva, naf. Jaqaw triduni nehilsilkom lis-Sultan tal-Lhud?

ELEAZAR: Le, Prokuratur, ahna nixtiequ li nehilsu lil Barabba mill-habs!

PILATU: Lil Barabba?!

KULHADD: Iva. Ehilsilna lil Barabba!

PILATU: Intom triduni nehles lil Barabba. U bis-sultan taghkom x’ser naghmel?

AGAR: Lil dan sallbu!

KULHADD: Sallbu, sallbu, aghtih il-mewt!!

PILATU: Jien diga’ ghidtilkom, ma nsib ebda htija f’dan Gesu’ li gibtuli quddiemi. Ghalhekk, jien se naghtih is-swat u nhallih jitlaq.

ZERAH: Prokuratur, ahna rriduk li lil dan il-bniedem mignun issalbu u mhux tehilsu!

PILATU: Imma dan x’ghamel hazin?

KULHADD: Sallbu! Sallbu!!

PILATU: Kollox sew mela. Quintilius, mur gib zewg manigoldi ha jigu jsawwtu lil dan ir-ragel.

QUINTILIUS: Iva, Prokuratur. - Quintilius johrog -

- Jidhlu zewg manigoldi. Jorbtu lil Gesu’ ma’ kolonna zghira u jibdew jaghtuh bil-harta. Sadanittant tindaqq il-muzika. -

- Kif tispicca din il-parti tax-xena, il-manigoldi jhollu lil Gesu’ minn mal-kolonna, ilibbsuh libsa twila hamra u kuruna tax-xewk go rasu, u mbaghad jitilqu. -

PILATU: Ecce Homo, Hekk hu l-bniedem!

AGAR: Aghtih il-mewt!

ELEAZAR: Sallbu!

KULHADD: Sallbu!!

PILATU: Huduh u sallbuh intom. Jiena ma nsib ebda htija fih!

CAIAPHAS: Prokuratur, ahna ghandna Ligi, u skond din il-Ligi dan il-bniedem ghandu jmut, ghax ghamel lilu nnifsu Bin Alla.

PILATU: - jersaq lejn Gesu’ - Int min int, x’int? U ghidli s-sewwa! Kun af li jien ghandi s-setgha li nehilsek u ghandi s-setgha li nsallbek!

GESU’: Ma kien ikollok ebda setgha fuqi, kieku ma gietx moghtija lilek minn fuq; ghalhekk min ta lili f’idejk, ghandu htija akbar!

PILATU: Le! Lil dan il-bniedem se nehilsu. Ma huwa hati ta’ xejn!

HANNAS: Jekk tehles lil dan, Prokuratur, inti tkun qed tiksirha ma’ Cesari. Kull min jaghmel lilu nnifsu sultan ikun qieghed jehodha kontra Cesari!

PILATU: Ma tridux li nehilsilkom lil Gesu’ flok lil Barabba?

ZERAH: Diga’ ghidnielek, irriduk tehles lil Barabba u lil Gesu’ ssallbu!

PILATU: Kollox sew. Mela jien ser nehles lil Barabba mill-habs u lil Gesu’ naghtih il-mewt tas-salib! Izda jien m’ghandix x’naqsam ma’ dan id-demm bla htija, fhimtuni?!

- Pilatu jahsel idejh go bieqja mimlija bl-ilma u jixxutahom b’xuguman. -

KULHADD: Demmu fuqna u fuq uliedna!!

Muzika. Black-out. Jinzel is-siparju.

 

TMIEM IT-TIELET ATT

 

**********

 

IR-RABA’ ATT

Xena I

L-Gholja tal-Golgotha (Post il-Qorriegha). Folla ta’ nies Lhud qeghdin jistennew il-wasla ta’ Gesu’ bis-salib. Uhud minn dawn in-nies qeghdin jibku. Naraw ukoll xi membri tas-Sinedriju, il-Qassisin il-Kbar u xi dixxipli ta’ Gesu’.

NARRATUR: Post il-Qorriegha, jew kif jafuha l-Lhud: il-Golgotha. Hawnhekk se naraw il-wasla ta’ Gesu’ mghobbi s-salib u mbaghad il-krucifissjoni tieghu quddiem folla kbira ta’ Lhud u quddiem ommu stess.

 

- Jidhol Gesu’ mghobbi s-salib. Magenbu hemm zewg suldati Rumani u c-Centurjun taghhom. Min-naha l-ohra tal-palk jidhlu Marija omm Gesu’, Marija Maddalena, Gwanni l-Appostlu u Marija ta’ Kleofa. -

MARIJA: Ghaliex ghamlulu hekk lil ibni? X’qatt ghamel hazin? - tibki - Ghadu zghir tant, diga’ se jmut!

GWANNI: Ikkalma, Marija. Inti tafda fih! Hu qal li jerga’ jqum. U jien nemmen li dak li qal isehh tassew!

MADDALENA: Anke jien, Marija, nemmen li Gesu’ jerga’ jkun fostna ma jdumx!

- Gesu’ jaqa’ ma’ l-art bis-salib fuq dahru. -

CENTURJUN: Nahseb li dan ir-ragel mhux ser jasal sal-post tal-krucifissjoni. Ikun ahjar li nqabbdu lil xi hadd iehor biex jerfaghlu ftit is-salib sakemm naslu sal-Golgotha.

LONGINUS: Int, isma’ l’hawn!

CIRENEW: Ghidli, x’ghandek bzonn?

LONGINUS: Irriduk terfa’ s-salib ta’ Gesu’ ghaliex ma jiflahx iwassal sal-Golgotha.

CIRENEW: Imma jien…

LONGINUS: Imma xejn!! Ikollok tobdi l-ordnijiet taghna. Fhimt?!

CIRENEW: Kollox sew. Nobdi.

- Xmun ic-Cirenew jerfa’ s-salib ta’ Gesu’ -

- Gesu’ jghaddi minn magenb grupp ta’ nisa, li kollha jkunu qeghdin jibkuh. -

GESU’: Nisa, nitlobkom, tibkux lili! Izda ibku lilkom infuskom u lil uliedkom! Ghad jigi zmien meta jghidu "Hieni l-guf li qatt ma wiled u s-sider li qatt ma radda’!" Mbaghad jibdew jghidu lill-muntanji "Aqghu fuqna!" u lill-gholjiet "Ordmuna!" Ghax jekk dan kollu qeghdin jaghmluh liz-zokk meta ghadu ahdar, mela xi jsir minnu meta jinxef?!

VERONIKA: Mulej, hallini nimsahlek wiccek! - timsah wicc Gesu’ -

GESU’: Kun imbierka binti!

- Tindaqq il-muzika. Gesu’ jasal fejn il-Golgotha. Zewg qaddejja jnezzghulu hwejgu, imidduh ma’ l-art u jibdew isallbuh mas-salib. Uhud min-nies prezenti jibdew jibku x’hin isallbu lil Gesu’. Wara li jsammrulu l-imsiemer, jghollu lis-salib u jwahhlu l-kundanna fuqu (Iesus Nazarenus Rex Iudaea).-

- Pawsa qasira. -

GESU’: Missier, nitolbok tahfrilhom ghax ma jafux x’inhuma jaghmlu.

ARTUS: Issa x’ser naghmlu bit-tunika ta’ dan ir-ragel? Min se jehodha?

LONGINUS: L-ahjar li naghmlu hu li naqtghuha bix-xorti u min jigi jehodha.

ARTUS: Tajjeb mela, hekk naghmlu!

ZERAH: Dik il-kitba ta’ fuq is-salib, min kitibha?

CENTURJUN: Il-Prokuratur Ponzju Pilatu.

ZERAH: Hazin ghamel il-Prokuratur! Ma missux kiteb "Is-Sultan tal-Lhud." Kien ikun wisq ahjar kieku kiteb "Dan qal: Jien is-Sultan tal-Lhud!"

CENTURJUN: Issa m’hemmx x’taghmel! Issa dak li nkiteb ma jistax jithassar!

- Pawsa qasira. -

GESU’: - lil ommu - Mara, hawn hu ibnek! - lil Gwanni - Gwanni, hawn hi ommok!

- Gwanni jghannaq mieghu lill-Madonna. -

- Pawsa qasira. -

GESU’: Ghandi l-ghatx!

CENTURJUN: Dan il-bniedem qabdu l-ghatx. Artus aqbad sponza, xappapha bil-hall u newwilielhu.

- Artus jaghmel kif jghidlu c-Centurjun. Izda Gesu’ ma jkunx irid iduq il-toghma hazina tal-hall. -

GESU’: Kollox mitmum!!

ELEAZAR: Ghajb ghalik, Gesu’! Int ghidt li thott it-tempju u fi tliet ijiem terga’ tibnih! Mela inzel minn fuq is-salib u salva lilek innifsek!

CAIAPHAS: Salva ohrajn. Lilu nnifsu ma jistax isalva!

HANNAS: Ha jinzel issa l-Messija, is-Sultan ta’ Israel, minn fuq is-salib, biex ahna nkunu nistghu naraw u nemmnu fih!

- Taqa’ dalma kbira fuq l-Gholja tal-Golgotha. -

GESU’: - b’lehen qawwi – Eloi, Eloi, Lama Sabachtani!!

AGAR: Isimghuh, qieghed isejjah lil Elija! Ha naraw jigix ghalih u jnizzlu!!

GESU’: - b’lehen qawwi – Missier, f’idejk jien nerhi r-ruh tieghi! - ibaxxi rasu u jmut. -

- Jidher il-beraq u jinstema’ t-tkarwit tar-raghad. In-nies jibdew jibzghu u jitilqu jigru `l hemm. Jibqghu biss fuq il-palk Marija omm Gesu’, Marija Maddalena, Gwanni l-Appostlu, Marija ta’ Kleofa, ic-Centurjun u xi qaddejja. -

- Wara pawsa, t-tliet qaddejja jibdew inizzlu lil Gesu’ minn fuq is-salib permezz ta’ lizar. X’hin inizzluh, ihallu l-lizar mas-salib, ipoggu l-gisem ta’ Gesu’ fi hdan ommu Marija, u mbaghad jitilqu.

MARIJA: Miet! Ibni miet!

MADDALENA: Iva miet.

MARIJA: Ghaliex jahasra, kellu jbati daqshekk, ibni? Ghaliex qatluh?

TA’ KLOEFA: Marija, ghalxejn se toqghod tistaqsi dawn il-mistoqsijiet kollha. Gesu’ miet ghax hekk kien hemm bzonn li jsir. Hu ghad jerga’ jqum, issa tara! M’ghandekx ghalfejn toqghod issewwed qalbek hafna.

MARIJA: Iva, ghad jerga’ jqum, tassew!

GWANNI: Issa min ser jidfen il-gisem ta’ Gesu’?

MADDALENA: Ghandu jigi Guzeppi ta’ Arimatea biex jiehu lil Gesu’ u jidfnu fil-qabar gdid illi ghadhom kemm haffru.

- Jidhlu Guzeppi ta’ Arimatea u Nikodemu. -

GUZEPPI: Ahna wasalna.

NIKODEMU: Tassew jiddispjacina li Gesu’ kellu jmut hekk, b’mod daqshekk kiefer!

GUZEPPI: Dawk il-Qassisin il-Kbar u l-membri l-ohra tas-Sinedriju riedu bilfors jehilsu minnu. Ma ridux igerrhuha dik li hu kien qed jipproklama lilu nnifsu l-Iben t’Alla. U hemm, ara kif spicca! Umiljat fuq salib!

GWANNI: Issa ahjar niehdu l-gisem ta’ Gesu’ fil-qabar!

GUZEPPI: Iva, Gwanni.

- Guzeppi u Nikodemu ikebbu l-gisem ta’ Gesu’ b’faxex ta’ l-ghazel u jgorruh bejniethom. Johrog kulhadd minn fuq il-palk. Jibqa’ biss ic-Centurjun, idur magenb is-salib u jidher imhasseb u mhawwad. -

CENTURJUN: - lin-nies - Jien tassew ghadni mistaghgeb bil-mod ta’ kif ghex dan ir-ragel. Ma nafx kif naqbad nahsibha fuqu. Li naf zgur hu li dan Gesu’ kien fejjaq wiehed mill-qaddejja l-aktar gheziez tieghi minn halq il-mewt. Jien ma stajtx nemmen meta qaluli li l-qaddej tieghi kien fieq. Gesu’ anqas biss ma kien rifes l-ghatba tad-dar tieghi. Dan ir-ragel hu tassew kbir u setghan! Ma nistax nifhem ghala ma ddefendiex ruhu fuq is-salib, ghala ma qal xejn u baqa’ dejjem sieket. - Pawsa qasira - Dan il-bniedem kien tassew il-Messija, l-Iben ta’ Alla! - johrog -

Black-out. Pawsa muzikali.

 

Xena II

Il-post fejn ikun indifen Gesu’. Jidher il-qabar miftuh u vojt.

NARRATUR: Gesu’ qam minn bejn l-imwiet! Il-qabar fejn indifen hu vojt. Qam kif kien qal. In-nisa u d-dixxipli ma jkunux iridu jemmnu li Gesu’ qam tassew, u jibdew jinkwetaw ruhhom.

 

- Jidhlu Marija Maddalena, Marija ta’ Kleofa u Salome. -

MADDALENA: - tinhasad - Jien qieghda nara sew?! Il-qabar miftuh! Zgur dahal xi hadd biex jisraq il-gisem ta’ Gesu’!

SALOME: Tassew, gismu mhux qieghed hawn.

TA’ KLEOFA: Jiena nahseb li rxoxta!

MADDALENA: Iva, Marija! Imma kif mhux qieghed hawn jistenniena?

- Johrog anglu minn wara l-qabar -

ANGLU: Ghaliex qeghdin tfittxuh qalb il-mejtin lil dak li hu haj? M’huwiex hawn, imma qam! Ftakru x’kien qalilkom meta kien ghadu fostkom fil-Galilija, meta qal li jehtieg li Bin il-Bniedem jinghata f’idejn il-midinbin, ikun mislub, u fit-tielet jum iqum mill-imwiet.

- L-anglu jitlaq -

TA’ KLEOFA: Qeghdin taraw kif Gesu’ tassew irxoxta! Dak li qalilna gara tassew!!

SALOME: X’ferh qieghda nhoss go qalbi!

MADDALENA: Issa mmorru nghidu kollox lill-ohrajn u tghidx kemm ihossuhom ferhana!

TA’ KLEOFA: U jekk ma jemmnuniex?

MADDALENA: Nghidulhom li rajna anglu tas-sema u tarrfilna kollox.

SALOME: Mela imxi ha mmorru!

Black-out. Pawsa muzikali.

 

Xena III

Post f’Gerusalemm fejn ikunu jinsabu maghluqin l-Appostli. Kollha jkunu ghadhom imnikkta ghal dak li kien sehh lil Gesu’, l-Imghallem taghhom.

NARRATUR: L-Appostli jkunu kollha migburin go kamra wahda, maghluqa, ghax kienu qed jibzghu li jigu arrestati minhabba li kienu jkunu dejjem ma’ Gesu.

 

- Jidhlu Marija Maddalena, Marija ta’ Kleofa u Salome. -

PIETRU: X’garalkom, kemm gejtu tigru?

MADDALENA: Pietru, qam!

SALOME: M’ghadux hemm!

PIETRU: Min qam?!

TA’ KLEOFA: Gesu’ qam mill-mewt!

GAKBU: Qam mill-mewt?

BARTILMEW: Tassew li qeghdin tghidu?

SALOME: Iva, tassew!

PIETRU: Jien se mmur nara jekk hux minnu li qam mill-mewt.

MADDALENA: Iva mur, Pietru, u ara b’ghajnejk dak li rajna ahna!

- Pietru jitlaq jigri -

GWANNI: Allura ghidulna x’rajtu?

MADDALENA: X’hin wasalna hdejn il-qabar, sibnieh miftuh u vojt. Il-gisem ta’ Gesu’ ma kienx hemm.

SALOME: Imbaghad dehrilna anglu tas-sema b’ilbies jiddi u qalilna li ghalxejn konna qeghdin infittxu lil min hu haj qalb il-mejtin.

TA’ KLEOFA: Qalilna wkoll li Gesu’ qam tassew mill-mewt kif kien qalilna meta konna l-Galilija.

GAKBU: Iva! Niftakar li kien qal li kellu jmut u wara tliet ijiem kellu jerga’ jqum.

FILIPPU: Mela veru li Gesu’ rxoxta!

- Jidhol Pietru, b’nifsu maqtugh. -

PIETRU: Veru, veru! Il-gisem ta’ Gesu’ ma jinsabx hemm! Sewwa ghidtu li qam u rxoxta!

MADDALENA: Qeghdin taraw li ma konniex qed nurukom wicc b’iehor! Dak li rajna kien kollu minnu!

Black-out. Pawsa muzikali.

 

Xena IV

It-triq li tasal fir-rahal ta’ Ghemmaws. Jidhru zewgt irgiel jithaddtu bejniethom.

NARRATUR: Gesu’ se jidher lil dawn iz-zewgt irgiel fi triqthom lejn Ghemmaws. Huma ma jindunawx li kien Gesu’ nnifsu. Izda x’hin imbaghad jaghrfuh hu jitlaq minn maghhom u ma jarawhx aktar.

 

- Jidhol Gesu’ u jersaq qrib iz-zewgt irgiel. -

GESU’: X’intom qeghdin tghidu bejnietkom?

RAGEL 1: Inti wahdek il-barrani f’Gerusalemm li ma tafx x’gara hemmhekk f’dawn il-jiem?!

GESU’: Mela x’gara?

RAGEL 2: Dak li gara lil wiehed jismu Gesu’ minn Nazaret, li kien profeta setghan fl-ghemil u fil-kliem, quddiem Alla u quddiem il-poplu kollu.

RAGEL 1: Il-Qassisin il-Kbar u l-kapijiet taghna tawh f’idejn il-Prokuratur Ponzju Pilatu biex ikun ikkundannat ghall-mewt u mbaghad sallbuh.

RAGEL 2: Ahna konna nittamaw li hu kien dak li kellu jifdi lil Izrael; izda issa, fuq kollox ga ghaddew tliet ijiem minn din il-grajja!

RAGEL 1: Issa wkoll xi whud min-nisa taghna hasduna, ghax marru filghodu kmieni hdejn il-qabar u l-gisem ta’ Gesu’ ma sabuhx hemm.

RAGEL 2: Bdew jghidu wkoll li dehrilhom xi anglu li qalilhom li Gesu’ kien haj!

RAGEL 1: Imbaghad marru hdejn il-qabar xi whud minn taghna u sabu kollox kif kienu qalu n-nisa, imma lil Gesu’ ma rawhx!

GESU’: Kemm intom boloh u tqal biex temmnu kull ma qalu l-profeti! U ma kellux il-Messija jbati dan kollu biex hekk jidhol fil-glorja tieghu?

RAGEL 1: Iva, hekk hu.

- Pawsa qasira -

GESU’: Jidher li sar hafna hin. Jien se nhallikom ghax fadalli hafna x’nimxi!

RAGEL 2: Le, sinjur! Ibqa maghna, ghax issa sar hafna hin u l-jum diga’ wasal biex jintemm!

GESU’: Kollox sew mela, nibqa’ hawn maghkom! Ghandkom xi hobza x’nieklu?

RAGEL 1: Iva, ha mmur ingib wahda mid-dar. Jiena m’ghandix boghod. Noqghod hawn vicin.

- Ragel 1 johrog. -

RAGEL 2: Gieli gejt f’Ghemmaws, sinjur?

GESU’: Iva, kont gejt darba, ilu ftit. Dan hu tassew rahal kwiet, mhux bhal Gerusalemm.

RAGEL 2: Eh! Gerusalemm dejjem bl-ghajat u l-istorbju. Hemmhekk ikun hemm hafna nies.

- Jidhol Ragel 1. -

RAGEL 1: Gibtlek hobza, sinjur!

GESU’: Tajjeb. Issa newwilhieli.

- Ragel 1 jaghtih il-hobza. Gesu’ jaqbad il-hobza, jghid xi talba minn taht l-ilsien, jaqsamha min-nofs u jaghti bicca kull wiehed liz-zewgt irgiel. Waqt li huma jkunu qed jikluha, Gesu’ jitlaq minn hdejhom u huma jinhasdu x’hin ma jarawhx. -

RAGEL 2: Fejn telaq dak ir-ragel?

RAGEL 1: Ma nafx, ma nafx.

- Ragel 2 jinhasad. -

RAGEL 2: Dak hu kien!

RAGEL 1: Min, Gesu?

RAGEL 2: Iva, hu kien. Hu kollu kemm hu! Qabel ma telaq gharaftu!

RAGEL 1: Inti cert milli qed tghid?

RAGEL 2: Iva! Imxi ha mmorru nghidu lid-dixxipli l-ohra li ahna rajnieh ukoll. Imma kif ma gharafniehx mill-ewwel. Kien ilu maghna ghal hafna hin!

RAGEL 1: Imxi ha mmorru Gerusalemm u mmorru nxandru ma’ kulhadd li l-Mulej qam tassew!! - johorgu -

Black-out. Pawsa muzikali.

 

Xena V

Il-post fejn ikunu jinsabu l-Appostli. Hafna minnhom ghadhom imhawdin fuq Gesu, l-Imghallem taghhom.

NARRATUR: L-Appostli ghadhom maghluqin go din il-kamra. Iz-zewgt irgiel ta’ Ghemmaws jigu jaghtuhom l-ahbar li raw u kellmu lil Gesu’. Wara ftit jidrilhom Gesu’ u jurihom li hu qam tassew.

 

- Jidhlu z-zewgt irgiel li rajna fix-xena ta’ qabel -

RAGEL 1: Rajna lill-Mulej!

RAGEL 2: Iva, rajnieh u kellimnieh! Imma ma ndunajniex bih mill-ewwel. Imbaghad gharafnieh u hu telaq minn maghna u ma rajniehx aktar!

PIETRU: Fejn iltqajtu mieghu?

RAGEL 1: Fit-triq ta’ Ghemmaws.

TUMAS: U qghadtu tigu minn hemmhekk biex tghidulna li ltqajtu mieghu?!

RAGEL 1: Iva!

- F’daqqa wahda jidhol Gesu’ f’nofshom. L-Appostli jibqghu mibluha jharsu lejh u ma jlissnu l-ebda kelma. -

GESU’: Il-paci maghkom! - Pawsa qasira - Ghaliex tidhru mhawdin? Ghaliex dawn il-hsibijiet kollha f’qalbkom? Araw idejja u riglejja. Jiena hu! Ejjew missuni, u ifhmuha li l-ispirtu m' ghandux laham u ghadam bhalma qeghdin taraw li ghandi jien. - Pawsa qasira - Meta kont ghadni maghkom, ghidtilkom dawn il-kelmiet: "Jehtieg li jsehh kull ma nkiteb fuqi fil-Ligi ta’ Mose’, fil-Profeti u fis-Salmi." Hekk kien miktub, li l-Messija jbati u fit-tielet jum iqum mill-imwiet u li l-indiema ghall-mahfra tad-dnubiet tixxandar f’ismu lill-gnus kollha, ibda minn Gerusalemm. Intom xhud ta’ dan! - Pawsa qasira - Hudu l-Ispirtu s-Santu! Morru fid-dinja kollha, xandru l-Evangelju lill-holqien kollu. Min jemmen u jitghammed, isalva; izda min ma jemminx, ikun ikkundannat. Kif il-Missier baghat lili, hekk jien nibghat lilkom. Dawk li tahfrulhom dnubiethom ikunu mahfura, u dawk li zzommuhomlhom ikunu mizmuma. - Pawsa qasira - Lili nghatat kull setgha fis-sema u fl-art. Morru mela, aghmlu dixxipli mill-gnus kollha, u ghammduhom fl-isem tal-Missier u ta’ l-Iben u ta’ l-Ispirtu s-Santu, u ghallmuhom iharsu dak kollu li ordnajtilkom jien!

- Pawsa qasira - U ARAW, JIENA MAGHKOM DEJJEM, SA L-AHHAR TAZ-ZMIEN!!

Muzika finali. Black-out. Jinzel is-siparju.

 

TMIEM

 

(C) PHILIP ELLUL 2004 - KULL DRITT HUWA RISERVAT.